Is-Supretendent tas-Saħħa, Charmaine Gauci qalet ħaddiem tal-LIDL ta’ Ħal Safi nstab pożittiv għal Coronavurus. Għaldaqstant iI-LIDL ta’ Ħal Safi ingħalaq sakemm jiġi ddisinfettat.
F’kummenti li tat il-Professur Gauci qalet li r-riskju li xi klijenti ħadu l-Coronavirus huwa baxx. Appellat sabiex lil dawk li marru jixtru minn dan il-ħanut bejn is-26 u t-30 ta’ Marzu biex jagħmlu moniterraġ tagħhom infushom u jekk ikollhom xi sintomi bħal n-nuqqas ta’ xamm u togħma, sogħla, deni u qtugħ ta’ nifs, iċemplu 111.
Il-Ħanut se jerġa’ jinfetaħ ladarba d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jaċċerta ruħu li m’għadx hemm periklu u wara li jiġi ddisinfettat. It-tmexxija tal-istabilliment ikkoperat.