Gawdi il festi, gawdi l-ħajja…#getacab. Jekk se ssuq, tixrobx.
Dan huwa l-messaġġ ewlieni ghal kampanja kontra is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb.
Dalgħodu diversi entitajiet, fosthom il-Pulizija, nies mill-qasam tas-saħħa, mill-protezzjoni ċivili u oħrajn tkellmu favur sewqan responsabbli niedew din il-kampanja bil-għan li jkunu evitati fatalitajiet. Ingħad li dawn il-kampanji hallew il-frott fl-ahhar erba’ snin, u f’dan ix-xahar ta festi s’issa ma kien hemm ebda fatalità f”incidenti tat-traffiku.