Somala u n-neputija tagħha nżammu arrestati wara li wieġbu mhux ħatja għal akkużi ta’ bejgħ ta’ droga, wara li allegatament inqabdu jirċievu pakketti mimlija b’disa’ kilogrammi ta’ sustanza illegali bil-posta.
Fil-Qorti nstema kif il-Pulizija interċettaw pakkett ta’ disa’ kilogrammi tas-sustanza khat, u wara li marru fl-indirizz fejn kien indirizzat, sabu appartament vojt.
Meta ċemplu n-numru li kien hemm fuq il-pakkett, irrispondiet mara, u qaltilhom li se tkun hemm u ġejja għall-pakkett.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-mara kienet tordna d-droga fuq isem in-neputija tagħha, u wara li tiġbor il-pakkett, tbigħ is-sustanza fil-komunità Somala f’Malta.