Bernard Attard ta’ 30 sena minn Ħaż-Żebbuġ inżamm arrestat wara li ġie mixli b’ħasil ta’ flus u frodi.
Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih.
Fil-Qorti ngħad li tliet persuni barranin fdawlu xi flus u intqal kif Attard allegatament iffroda tnejn minnhom.
Issemma li allegatament huwa ffroda l-ammont ta’ €600,000 kull persuna.
Ir-raġel, li jaħdem bħala bejjiegħ tal-karozzi ġie akkużat ukoll b’iffalsifikar ta’ dokumenti uffiċjali.
Il-Qorti laqgħet ukoll it-talba tal-Prosekuzzjoni biex jiġu ffriżati l-assi tal-akkużat.