Jonathan Caruana ta’ 33 sena li jgħix Marsaxlokk ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan wara li tressaq il-Qorti mixli li l-Ħadd aggredixxa ħaddiem fi stabbiliment tax-xorb wara li ma servihx iżjed alkoħol għaliex kien xurban.
Fil-Qorti intqal kif il-Pulizija rċiviet rapport fis-7:30pm u l-każ ġara f’bar f’Marsaxlokk.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Caruana ġie ordnat mill-Qorti b’depożitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €3,000.