Fil-Qorti nstema’ kif Lawrence Abina qal lill-Pulizija li qatel lil Rita Ellul b’għira għaliex il-lejl ta’ qabel raha tidħak u tiddeverti ma’ ħabiba tagħha.
Dan instema’ fil-kumpilazzjoni tax-xhieda dwar il-qtil quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li semgħet il-prosekuzzjoni tgħid li Abina ammetta li beda jgħir għaliex ma kienx jara lil Ellul ferħana daqshekk miegħu.
Il-prosekuzzjoni żiedet tgħid li Ellul kienet skopriet li qalibhiela u li kienet qed taħseb biex ittemm ir-relazzjoni ta’ bejniethom.
Fix-xhieda tagħha, l-prosekuzzjoni stqarret kif Abina għalaq għajnejh waqt li fega lil Ellul waqt li kienet rieqda għaliex ma felaħx iħares lejha.