Ir-ristorant ta’ Florinda Sultana, li hija akkużata b’ħasil ta’ flus ma tħallitx tiftaħ kont tal-bank hekk kif hija soġġetta għal investigazzjoni mill-FIAU.
Dan ħareġ fil-Qorti hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Sultana u Albert Buttigieg, sid ta’ ristorant, li huwa separat minn dak ta’ Sultana. Intqal li fir-ristorant ta’ Sultana kellhom jaħdmu biss bi flus kontanti.
Fil-Qorti xehdu wkoll tmien ħaddiema ta’ Capo Mulini, li għarfu lil Buttigieg bħala l-imgħallem. Huma qalu li kienu jitħallsu f’forma ta’ trasferiment bankarju mill-kumpanija ta’ Buttigieg jew bi flus kontanti.