Il-Pulizija f’Hong Kong arrestaw żagħżugħ ta’ 19-il sena wara li qarraq b’anzjana u ħadilha mat-32 miljun dollaru Amerikan. Iż-żagħżugħ għamilha tabirruħu li huwa uffiċjal tal-infurzar tal-liġi miċ-Ċina u kuntattja lill-anzjana biex jimlielha rasha illi xi persuni kienu serqulha l-identità tagħha biex tintuża f’attivtajiet kriminali.
Il-mara qalet illi l-ewwel telefonata rċivietha f’Awwissu li għadda. Iżda rrapportat il-każ fit-tnejn ta’ Marzu li għadda, wara li din għamlet 10 transazzjonijiet f’żewġ kontijiet bankariji skont kif kien mitlub minnha.
Il-pulizija li qed jinvestigaw dan il-każ qalu li ż-żagħżugħ saħansitra anke żar id-dar tagħha u taha mobile biex tikkomunika bih. Huwa ġie arrestat fil-25 ta’ Marzu iżda nħeles fuq depożitu personali.