Ftit aktar minn żewġ miljun u sittin elf ewro nġabru matul il-maratona ta’ sittin siegħa ta’ futbol li ttellgħet fi tmiem il-ġimgħa minn Puttinu Cares. Is-somma miġbura ta’ din is-sena ta’ €2,062,648 kienet waħda rekord.
Il-maratona li ttellgħet fil-kumpless sportiv tal-Marsa għandha l-għan li tkompli tiġbor fondi biex Puttinu Cares iwettaq proġett kbir għal pazjenti Maltin ta’ 40 appartament qrib iċ-ċentru ta’ Londra.
Tul il-maratona kienu eluf ta’ Maltin li żaru l-kumpless fil-Marsa biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom.
Fil-preżent madwar 60 u 90 pazjent fix-xahar jitilgħu Londra għall-kura.
Fil-maratona ta’ sittin siegħa futbol fil-Marsa ħadu sehem mijiet ta’ timijiet.