Dan il-lejl kien wieħed ta’ ħidma għad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni fil-Belt Valletta.
Hawnhekk inġabru madwar ħames tunellata ta’ skart minn Pjazza San Ġorġ u t-toroq tal-madwar, fejn kien hemm iċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena l-ġdida.
B’dan wassal biex kull min daħal il-Belt Valletta dalgħodu sabha nadifa.
Żar lil dawn il-ħaddiema waqt il-lant tax-xogħol, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield.
Fuq il-pjattaforma soċjali X, is-Segretarju Parlamentari Bedingfield irringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol tagħhom bil-għan li jżommu l-belt kapitali nadifa.