Il-Qorti iddikjarat l-istadju tal-provi tal-proċeduri ta’ kumpilazzjoni kontra Daniel Muka, akkużat li qatel koppja f’tas-Sliema, bħala wieħed magħluq.
L-Albaniż jinsab akkużat bil-qtil doppju ta’ Chris Pandolfino u Ivor Maciejovski, li nqatlu b’tiri f’darhom fi Triq il-Locker, f’dik li l-pulizija ddeskriviet bħala serqa li marret ħażin.
Viktor Dragomanski, li kien it-tieni suspettat f’dan il-każ, ġie mixli b’mod separat b’rabta mal-qtil, filwaqt li t-tielet raġel, Jesper Kristiansen huwa mixli wkoll bl-involviment tiegħu f’dan id-delitt.