Rigal b’Imħabba b’Differenza’, li tmur id f’id mal-inizjattiva ‘Rigal b’Imħabba’, taħseb ukoll għall-annimali fis-santwarji f’pajjiżna. Il-Ġimgħa waranofsinhar, rat il-frott ta’ din l-inizjattiva li kienet xprunata mix-xewqa taż-żagħżugħ Jake Vella, li ħalla din id-dinja aktar kmieni din is-sena, fejn inġabru diversi prodotti tal-ikel għall-annimali fid-daħla tal-Isptar Mater Dei.
Biex ikunu mogħbija l-prodotti miġbura, kien hemm preżenti l-korpi dixxiplinati. Preżenti magħhom kien hemm ukoll il-Ministru Anton Refalo, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.
Il-mara tal-Prim Ministru Lydia Abela, li kienet hi li rat din l-inizjattiva li xtaq jagħmel Jake issir realtà, qalet li fl-għeluq ta’ din l-inizjattiva għat-tielet sena konsekuttiva, rajniha tkun suċċess fejn il-poplu Malti u Għawdex ikkonkorrew u taw diversi prodotti biex anke l-annimali jkunu jistgħu jgawdu fiż-żminijiet tal-Milied.
“Din l-inizjattiva saret b’kollaborazzjoni ma’ Jake Vella, twieldet tliet snin ilu, meta Jake Vella kien talabni biex nagħmel xi ħaġa flimkien miegħi favur l-annimali. L-ewwel sena kienet suċċess, it-tieni sena kienet suċċess, u għat-tielet darba rajna li din l-inizjattiva kienet suċċess u nħares ’l quddiem biex il-ħolma ta’ Jake nkomplu nagħmluha realtà sena wara l-oħra.”
Mart il-Prim Ministru, Lydia Abela
Tkellimna ma’ Josie u Maruska Vella, il-ġenituri ta’ Jake Vella, fejn tkellmu magħna dwar kif din l-inizjattiva bdiet minn xewqa ta’ Jake Vella u li jixtiequ jkomplu jwettqu l-ħolma ta’ binhom.