Fl-aħħar siegħa tal-Istrina 2018 inqabżet is-somma li kienet inġabret is-sena l-oħra, dik ta’ ftit aktar minn €6,000,000.
Viżibilment emozzjonata, il-President tenniet il-kburija tagħha b’pajjiżna, filwaqt li appellat biex il-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi tkompli tippersisti fl-aħħar siegħa tal-akbar maratona ta’ ġbir ta’ fondi f’Malta.
L-Istrina bdiet għall-ħabta ta’ nofsinhar biex għal 12-il siegħa l-Maltin u l-Għawdxin jagħmlu differenza f’ħajjet ħuthom fil-bżonn. Din is-sena l-Istrina qed issir fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop b’risq il-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund.
Għal kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu fl-aħħar ftit siegħat ta’ din l-edizzjoni jista’ billi jċempel fuq:
5190 2030 – €50
5180 2012 – €25
5170 2011 – €15
SMS –
5061 7596 – €2.33
5061 8918 – €6.99
50619201 – €11.65
Mobile Pay 79359565
Pledge +356 21 262626
L-edizzjoni tal-Istrina tas-sena li għaddiet ssarrfet f’ġabra rekord ta’ ftit aktar minn sitt miljun u ħamsin elf ewro. Donazzjoni li fi kliem il-President Marie Louise Coleiro Preca tikkonferma li l-poplu Malti huwa wieħed uniku li jaf jingħaqad u jibqa’ jgħożż il-valur ta’ jien jimpurtani minnek.
Fost dawk li taw id-donazzjoni kien hemm il-Partit Laburista bid-donazzjoni ġiet ippreżentata mid-Deputat Mexxej tal-Affarijiet tal-Partit Laburista Chris Cardona flimkien ma’ uffiċjali tal-amministrazzjoni.