Diversi persuni nġabru quddiem l-iskola St Alberts, fil-Belt Valletta, biex jipprotestaw kontra t-tneħħija ta’ Mario Mallia minn surmast ta’ din l-iskola.
It-tneħħija ta’ Mallia mill-ordni Dumnikana ħasad lill-ħafna li jafu kif taħdem l-iskola u 24 siegħa wara li feġġet l-aħbar kienu diversi dawk li mhux biss ikkumentaw iżda nġabru biex attivament juru li huma kontra din it-tneħħija.
Il-manifestazzjoni ta’ dalgħodu tmexxiet mill-Unjin tal-Għalliema (MUT) bil-President Marco Bonnici jkun iebes fid-diskors tiegħu kontra dik li sejjaħ bħala tmexxija inġusta. “Tara r-rapport li hemm. Tara l-ittra ta’ tkeċċija, m’hemmx bażi. Se nikkontestawha bil-mezzi kollha,” qal Bonnici fid-diskors tiegħu.
Is-Sur Bonnici staqsa: “fejn huma l-isqfijiet? Għaliex ma tkellmux? Mhux aċċetabbli dan is-silenzju.” Bonnici ddikjara tilwima industrijali mal-ordni dumnikana u mas-segretarjat għall-iskejjel tal-Knisja fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Iktar dettalji jsegwu.