Qraba u ħbieb bħalissa qed jiġbru fondi biex il-katabru ta’ Jesús Reina jintbagħat għad-difna fil-Venezwela.
Jesús huwa ż-żagħżugħ ta’ 24 sena li proprju ftit tal-jiem ilu tilef ħajtu traġikament wara li ntlaqat minn vettura fil-Marsa.
Il-każ seħħ jumejn ilu, għall-ħabta tas-14:10 fi Triq Diċembru Tlettax.
Iż-żagħżugħ intlaqat minn Mercedes Benz C250 misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti l-Fgura. Ambulanza ħadet llill-vittma l-Isptar Mater Dei, iżda kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Kienu bosta li fakkru l-memorja taż-żagħżugħ u l-karattur ferrieħi tiegħu, fejn anke r-ristorant li kien jgħix fih ilbieraħ ħabbar li se jkun qed jgħalaq għal jum bħala jum ta’ luttu wara t-telfa ta’ kollega u ħabib tal-qalb.
Kull min jixtieq jagħti donazzjoni, jista billi jagħfas hawn.