Il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza irnexxiela tiġbor is-somma ta’ €658,039. Din il-maratona saret fuq 53 siegħa bla waqfien bil-messaġġ ewlieni jkun “Sabiħ li tagħti.”
Maratona li pparteċipaw fiha mal-300 volontier li rat 40 plejer jilagħbu bla waqfien biex jinġabru kemm jista’ jkun fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.
Maratona li ssir ta’ kull sena u l-flus li jinġabru jgħinu fl-operat tad-dar u investiment ieħor. Is-sena li għaddiet mill-Maratona tal-Volleyball inġabru kważi nofs miljun ewro. Flus li ntużaw biex fost l-oħrajn saret pixxina terapewtika.
Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, irringrazzja lill-poplu Malta tas-sapport kontinwu hekk kif għal darb’oħra wera solidarjetà u ġenerożità mad-Dar. Huwa qal li dawn il-fondi juru kemm il-poplu Malti għandu għal qalbu din id-dar li “hi komessa li tibqa’ toffri servizz professjonali għar-residenti tad-dar.”