Bħal ma ilu jagħmel kull sena l-għada tal-Milied, Charles Muscat, sid ta’ gym tal-boxing partikolari f’Malta, flimkien ma’ Abigail Tonna u Chavez Promotions organizzaw ġurnata boxing ġewwa wieħed mill-gyms tal-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun.
Dan ix-xow bi ġlied ta’ boxing kontinwu bejn persuni differenti dam madwar 8 sigħat, bil-ġlieda prinċipali kienet dik bejn Charles Muscat inniffsu kontra Marc James, President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing.
Tul dawn it-tmin sigħat inġabret is-somma sabiħa ta’ €5,000.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/27182842/WhatsApp-Image-2024-12-27-at-18.23.17-1024x684.jpeg)