Fl-ewwel jum tas-sena nġabru €1,445,665 waqt il-maratona ġbir ta’ fondi għad-Dar tal-Providenza, bl-isem ta’ Festa ta’ Ġenerożità.
Din is-somma sabiħa qabżet is-somma li nġabret fil-maratona ġbir ta’ fondi tas-sena l-oħra.
Fi tmiem din il-maratona, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef qal li din is-somma sabiħa se tgħin lill-115-il resident li huma parti mill-komunità tad-Dar tal-Providenza.
Huwa rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi li għal darba oħra kien ġeneruż ma’ din id-dar.