F’inqas minn ġimgħa nġabru €10,000 għas-Surġent tal-Pulizija biex ikun jista’ jħallas is-somma li l-Qorti Ċivili ordnatu jħallas wara li sabitu ħati li kkaġuna danni fuq sewwieq wara sparatura li tmur lura 21-il sena ilu f’Tas-Sliema , fl-20 ta’ Settembru 1995.
Fl-2012, il-Qorti Ċivili sabet ħatja lil Sciberras u talbitu jħallas lis-sewwieq is-somma ta’ €33,878. Kien hawnhekk li l-pulizija appella mis-sentenza bil-Qorti tal-Appell tnaqqas s-somma għal €23,626. Madankollu ċ-ċifra xorta tlaħħaq it-€30,000 hekk kif il-Qorti ordnat li jħallas l-imgħax li jibda jakkumula mid-19 ta’ Ġunju, 2012, data tal-ewwel sentenza.
Min-naħa tagħha, il-Police Officers Union fi ħdan il-General Workers’ Union għaddiet id-donazzjoni ta’ €1,000.
Intant, id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw fuq:
HSBC Account Number 056-183148-050
BIC Number- mmebmtmt
IBAN Number – mt92mmeb44565000000056183148050