Fl-aħħar ġmgħat, fi żmien ta’ festi, inġabru aktar minn seba’ miljun u tmin mitt elf ewro, f’erba maratoni separati. Dan f’turija ċara ta’ solidarjetà mill-poplu Malti u Għawdxi.
L-akbar turija ta’ dan kienet l-għada tal-Milied, f’edizzjoni oħra ta’ ‘L-Istrina’, b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund. F’maratona ta’ tnax-il siegħa nġabru aktar minn ħames miljuni u mitejn elf ewro (€5,214,134).
Bl-edizzjoni li saret f’dan iż-żmien ta’ festi kienet l-ewwel waħda tal-President Myriam Spiteri Debono.
Imbagħad fl-ewwel jum tas-sena nġabret is-somma ta’ aktar minn miljun u ħames mitt elf ewro (€1,540,278), waqt il-Festa ta’ Ġenerożità, b’risq id-Dar tal-Providenza.
F’dan il-perjodu ta’ festi kien hemm ukoll ġbir miż-żewġ partiti ewlenin f’pajjiżna, fejn inġabru kważi miljun u mitt elf ewro.
Bl-akbar li ġabra saret mill-Partit Laburista, fejn f’maratona fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, fil-15 ta’ Diċembru li għadda, inġabret is-somma sabiħa ta’ aktar minn seba’ mija u ħamsa u ħamsin elf ewro (€755,401). Dan filwaqt li l-Partit Nazzjonalista, fit-tmienja ta’ Diċembru li għadda, ġabar aktar minn tliet mija u sitta u tletin elf ewro (€336,841).
Meta wieħed iqabbel dak li nġabar fi żmien ta’ festi s-sena l-oħra ma’ dawn tal-aħħar jiem, kien hemm żieda ta’ kważi tliet mija u erbgħin elf ewro.