Il-Partit Laburista rnexxielu jiġbor is-somma globali ta’ €445,364 f’maratona ta’ inqas minn 12-il siegħa fl-aħħar ġabra tiegħu għall-2023.
Ix-xandira diretta miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, li wriet ukoll kemm il-politika Laburista mill-Gvern baqgħet iġġib bidla għall-aħjar fl-għajxien tal-poplu kollu, intemmet bl-aħbar taċ-ċifra finali mill-Kap Eżekuttiv u fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela u l-bqija tal-Amministrazzjoni tal-Partit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Debattista ħabbar ukoll li, permezz tal-ġabra tal-Ħadd, il-poplu kkontribwixxa f’aktar minn €1.3 miljun lill-Partit Laburista matul din is-sena li wasalna biex intemmu fi ftit jiem oħra.