Inġabru €3,011,000 fil-maratona li saret f’jum il-Ġimgħa b’risq Puttinu Cares.
L-għan ta’ din il-maratona kien li jinġabru fondi għall-binja l-ġdida ta’ din il-Fondazzjoni fiċ-ċentru ta’ Londra.
Din il-binja se tilqa’ fiha pazjenti Maltin u se jkunu biss minuti ‘l bogħod mill-isptarijiet ewlenin fiċ-ċentru ta’ Londra.
Tul din il-maratona, fost il-ħafna li għażlu jżuru l-post fejn qed issir il-maratona biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom, kien hemm il-Ministru Byron Camilleri, f’isem il-Gvern Malti. Hawnhekk ġiet ippreżentata s-somma ta’ €50,000 mill-fond tal-kawżi ġusti.
Matul din il-maratona tfakkret ukoll il-memorja tat-tabib Victor Calvagna, il-fundatur ta’ Puttinu Cares.