Diversi nies kienu ta’ għajnuna għak dawk li bħalissa jinsabu f’mumenti diffiċli minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.
Kien il-preżentatur fuq One Radio Ivan Gaffiero li lbieraħ b’live fuq Facebook minn daru stess għamel tnax-il siegħa bla waqfien sabiex ikun ta’ wens għal dawk li huma fil-bżonn.
Matul din it-tnax-il siegħa inġabru mijiet ta’ prodotti minn ikel sa affarijiet tal-ħasil li n-nies wasslu wara l-bieb ta’ Gaffiero fin-Naxxar.
Intant, il-preżentatur qal li dawn ix-xirjiet ser ikunu qed jitqassmu lill-dawk il-familji fil-bżon fil-jiem li ġej.