L-Awtoritajiet tas-saħħa ġew infurmati minn awtoritajiet veterinarji dwar konferma ta’ salmonella f’bajd li huwa ppakkjat fir-razzett St. Joseph. Dan ġie magħruf wara li sar moniteraġġ bħala parti minn programm ta’ kontroll veterinarju kontra s-salmonella.
L-Awtoritajiet tas-saħħa ordnaw li jinġabar il-bajd lura mis-suq ippakkjat minn dan ir-razzett.
Il-Pubbliku huwa mwissi ma jikkunsmax bajd li huwa ppakkjat mir-razzett St. Joseph.