Matul il-jum tal-Ġimgħa, miljun ta’ persuni madwar id-dinja ħarġu fit-toroq biex jipprotestaw dwar it-tibdil fil-klima. Dawn id-demostrazzjonijiet ġew inspirati mill-attivista żgħażugħa Svediża, Greta Thunberg.
Il-protesti bdew fil-Paċifiku u l-Asja, iżda wasslu wkoll biex isiru demostrazzjonijiet ukoll madwar l-Ewropa, l-Afrika u l-Amerka.
Dawn il-protesti, li huma meqjusa bħala l-akbar demostrazzjonijiet globali dwar it-tibdil fil-klima, qed isiru ftit jiem qabel is-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti li se jsir matul il-ġimgħa li ġejja fi New York. L-Attivisti qed jitolbu sforzi akbar biex tiġi ndirizzata l-kwistjoni tat-tibdil fil-klima.