Parukkier ta’ 27 sena minn Brighton l-Ingilterra, qed jiffaċċja sentenza ta’ ħabs għal għomru talli f’Novembru li għadda, intenzjonalment prova jinfetta bl-HIV irġiel li iltaqa’ magħhom fuq l-app Grindr. Huwa jinsab akkużat li ma informax lill-maħbubin tiegħu li kellu virus kif ukoll li uża condoms imbagħbsa. Wara li kienu jqattgħu l-lejl flimkien, Daryll Rowe kien jibgħat messaġġ lill-imsieħba tiegħu li kien jgħid: “Jien għandi l-HIV LOL.”
Waqt it-tfittxijiet il-pulizija skoprew li Rowe kellu fil-pussess tiegħu kaxxa condoms li kienu mqatta’ iżda reġgħu tpoġġew lura fl-ippakkjar tagħhom. Waqt il-proċess kriminali, il-prosekuzzjoni iddeskriviet l-azzjoniet ta’ Rowe bħala “kampanja” fejn l-għan tiegħu kien li jipprova jinfetta kemm jista’ jkun irġiel fuq perjodu ta’ erba’ xhur madwar Brighton.
Deborah Gold, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Aids iddeskriviet l-aġir ta’ Rowe bħala wieħed eċċezzjonali u rari hekk kif it-tixrid tal-HIV normalment isir minn persuni li ma jkunux konxji tal-virus.
Wieħed mill-vitmi rrimarka li l-ġenituri tiegħu mietu kawża ta’ dan il-virus u wara li sar jaf bil-kundizzjoni tiegħu pprova jagħmel suwiċidju. Barra minn hekk, rapporti psikologiċi indikaw li l-aġir ta’ Rowe kien assoċċjat ma’ grad ta’ rabja vjolenti u sadiżmu.
Hekk kif minkejja li kien fuq pleġġ, Daryll Rowexorta pprova jkompli bl-azzjonijiet tiegħu, qed jiġi kkunsidrat bħala riskju għal publiku. Kawża ta’ dan, huwa ġie kkundanat sentenza ta’ għomor il-ħabs b’minimu ta’ 10 snin u 253 ġurnata ħabs – l-ewwel sentenza fl-Ingilterra ta’ persuna li pprova jinfetta bl-HIV.