Il-prosekuturi ta’ New York fetħu proċeduri legali kontra Weinstein Company, u qed jallegaw li l-istudio falla milli jipproteġi lill-istaff minn Harvey Weinstein.
Il-producer tal-films qed jaffaċċja għexieren ta’ allegazzjonijiet t’ abbuż sesswali, fosthom rejp, iżda qed jiċħad sess mhux konsenswali. Il-kawża qed tallega li Weinstein abbuża minn ħaddiema nisa u għamel theddid verbali li joqtol membri tal-istaff.
Avukat ta’ Weinstein qal li investigazzjoni ġusta tista turi li ħafna mill-allegazzjonijiet m’għandhom l-ebda mertu.