Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura d-59 edizzjoni tal-Malta Trade Fair.
Huma aktar minn mitejn, l-esebituri li qed jużaw id-disgħa u ħamsin edizzjoni tal-fiera l-kbira bħala pjattaforma biex jesebixxu l-prodotti tagħhom.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva l-fiera bħala mezz ta’ ġenerazzjoni ta’ kummerċ għan-negozji Maltin fix-xhur tas-Sajf. Irrefera għat-tbassir pożittiv fuq l-ekonomija Maltija li ħareġ l-Erbgħa mill-Bank Ċentrali, fejn skont dan ir-rapport, din is-sena l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber b’4.9%.
Dan huwa kważi 2% aktar, jew darba u nofs, mir-rata ta’ tkabbir li sa sena ilu l-Bank Ċentrali kien qiegħed ibassar għall-2016.