Wara s-suċċess ta’ l-ewwel 3 edizzjonijiet ta’ BRILLANTI, Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu ġa mbarkaw fuq il-bidu ta’ staġun ġdid ta’ dan il-programm, din id-darba ”Brillanti Singers”.
L-applikazzjonijiet huma miftuħa għal kwalunkwe Malti/ja jew resident/a f’pajjiżna. Solisti, dwetti, trio, gruppi, korijiet, bands huma msejħa sabiex japplikaw biċ-ċans li jirbħu sa total ta’ €30,000!
Joseph Chetcuti l-produttur u l-preżentatur ta’ BRILLANTI qed jinsisti li l-applikazzjonijiet huma miftuħa għal kulħadd u għal kull tip ta’ ġeneru minn pop, għall-klassiku, għal jazz, hip hop u kull tip ta’ stil ieħor. Joseph qed jisħaqq li Brillanti qed ifittex talent ġdid li m’għandux eta’!
Biex tapplika, kull m’għandek tagħmel huwa li ċċempel 99229011
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/04/25221248/436443014_409460808510154_3342959402268368257_n-684x1024.jpg)