L-applikazzjonijiet għall-skemi ta sħubija fl-studjos krejattivi tal-Valletta Design Cluster huma miftuħa.
Grazzi għal dawn l-skemi diversi persuni kreattivi, disinjaturi, intraprendituri, u freelancers f’dixxiplini u prattiki kreattivi issa se jkollhom l-opportunità li jaħdmu u jibbażaw l-operat tagħhom fil-qalba tal-kapitali, proprju fl-istudjos tal-Valletta Design Cluster
Il-Cluster qed joffri għażla ta’ pakketti ta’ sħubija bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet differenti tal-applikanti. Wieħed jista’ japplika kemm għal skemi annwali kif ukoll għal skemi ta’ perjodi iqsar u s-sħubija ġġib magħha aċċess esklussiv għal studjo, faċilitajiet moderni, kif ukoll aċċess għall-kċejjen ta’ livell indusrijali, fost l-oħrajn.
Din is-sejħa għall-aplikazzjonijiet hija miftuħa kemm għall-gruppi bħal NGOs, start-ups, u intrapriżi żgħar kif ukoll għall-individwi li jistgħu jingħaqdu ma’ oħrajn sabiex jikkollaboraw u jaħdmu flimkien fl-istudjos.
Il-faċilitajiet tal-Valletta Design Cluster se jkunu miftuħin għal min hu interessat kull nhar ta’ Ħamis waranofsinhar sa tmiem il-perjodu tal-applikazzjonijiet nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Ġunju f’nofsinhar.
L-applikanti jistgħu jiksbu iktar informazzjoni dwar l-eliġibbiltà, il-proċess ta’ għażla, il-linji gwida, u l-kundizzjonijiet fuq is-sit tal-Cluster. Id-domandi jistgħu jintbagħtu fuq vdc@vca.gov.mt.
Kitba: Miguel Abela