Mis-17 ta’ Lulju, il-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) qed jirċievi applikazzjonijiet onlajn għal studenti prospettivi li lesti jissieħbu u jsegwu korsijiet full-time fil-Kulleġġ.
Studenti prospettivi huma mħeġġa jimlew u jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom online permezz tal-websajt tal-MCAST.
Din is-sena l-MCAST qed joffri ‘l fuq minn 200 kors, li jvarjaw minn livell introduttorju sa korsijiet ta’ lawrja u Master, li jiżguraw li l-istudenti kollha jkunu jistgħu jkomplu l-vjaġġ edukattiv tagħhom f’istituzzjoni ta’ livell terzjarju.
It-tagħlim offrut mill-Kulleġġ jinkludi element qawwi ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol. L-għażla ta’ korsijiet iwasslu għal karrieri f’diversi setturi ekonomiċi ewlenin, inklużi l-impjiegi diġitali, impjiegi realtati mat-tħaddir, impjiegi fl-avjazzjoni, u fis-settur marittimu.
Din is-sena ġew imnedija numru ta’ korsijiet ġodda, fosthom dawk relatati mas-snin bikrija tal-eudkazzjoni, mal-konservazzjoni, mal-logħob diġitali, is-sigurtà onlajna, ix-xjenza ambjentali, u ir-riżori ambjentali, fost oħrajn.

