Ikompli javvanza il-MarsaJunctionProject fejn Infrastructure Malta fetħet il-karreġġjata ġdida tan-nofsinhar fi Triq Aldo Moro.
Din tikkonsisti b’4 korsiji fid-direzzjoni mill-Belt Valletta lejn Raħal Ġdid.
Il-Ministru Ian Borg ħabbar li dalwaqt titlesta wkoll il-karreġġjata opposta, b’6 korsiji lejn il-Belt Valletta u Santa Venera, u korsija wkoll għar-roti.
B’hekk ikun imiss il-bini tas-7 flyovers li ser jieħdu post it-‘traffic lights’ tal-Addolorata.