Kien jum speċjali għad-Dinglin hekk kif f’Jum Ħad Dingli, infetaħ xelter ieħor għall-pubbliku li jmur lura għal żmien it-Tieni Gwerra Dinija.
Folla kbira nġabret sabiex tassisti għal ċerimonja ta’ ftuħ, li fost oħrajn inkludiet parata mill-grupp tal-iscouts ta’ Ħad Dingli u n-ninteenth Dingli Girl Guides, u kif ukoll esebizzjoni mill-isbaħ tal-Malta Command Inauguration.żDan ix-xelter partikolari jinsab bejn Triq Santa Marija u Triq Santa Duminika u jagħmel parti minn total ta’ madwar ħmistax il-xelter f’Ħad Dingli. Xelters li wħud minn ukoll għandhom aċċess għal diversi djar.
One News tkellem mas-Sindku ta’ Had-Dingli Sandro Azzopardi fejn spjega li għalkemm ma huwiex xelter kbir kien qed iħaddan fih iktar wirt storiku.
Huwa xelter fejn kien jintuża anke fi żmien il-Gwerra. Partikolarment interessanti li fih sibna żewġ pitturi fih wieħed il-quddiem għad irid jiskopri eżatt x’kienu jfissru permezz ta’ għajnuna ta’ xi studjużi tal-istorja ukoll.
Qal li fortunatament dan ix-xelter ma kellux bżonn ħafna xogħol sabiex jinfetaħ għall-pubbliku.
Frankament dan ix-xelter ma tantx kellu bżonn ħafna affarijiet fih. Li kellu kellu ftit ħama fil-qiegħ dan tnaddaf u ovjament minn hawn il-quddiem jibda’ il-proċess sabiex bħala Kunsill Lokali naraw li dan ikun jista’ jinfetah aktar spiss.
Preżenti għaċ-ċerimonja tal-ftuħ kien hemm il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fejn faħħar il-ħidma tal-Kunsill ta’ Ħad Dingli u saħaq li ser jibqa’ jkun hemm is-sostenn kollu mill-Gvern sabiex il-wirt storiku jibqa’ jiġi restawrat u mgawdi mill-pubbliku.
Tajjeb illi l-Gvern jassisti lill-Kunsill Lokali, lill-għaqdiet tal-lokalitajiet ħalli dan il-wirt storiku nesponuh jerġa jkun jista’ jitgawda u anke it-tfal u ż-żgħażagħ jkunu jistgħu japprezzaw minn xix għaddew missirijietna u l-Gvern kommess li jkomli jagħti din l-għajnuna kif għamilna f’dan il-kas.