Is-Sur Anthony Saliba se jkun qed imexxi l-Uffiċċju tal-Inġustizzji fi ħdan l-MCAST. L-għan ta’ dan l-uffiċċju huwa li jagħti pariri u suġġerimenti lill-għalliema kollha ta’ dan il-kulleġġ. Dawk kollha li jkollhom xi problema jistgħu imorru f’dan l-uffiċċju li se jkun qed iservi wkoll bħala punt ta’ referenza bejn l-għalliema u t-tmexxija tal-kulleġġ fejn l-għalliema se jkunu jistgħu jgħidu tagħhom u r-rakomandazzjonijiet finali jgħaddu kollha għand il-Prinċipal tal-Kulleġġ.
L-għalliema se jkunu jitgħu iressqu l-ilmenti tagħhom bil-fomm jew inkella bil-kitba u t-tmexxija ta’ dan id-dipartiment jaraw xi jkun jista’ jsir sabiex jissolvew il-problemi fil-kuntest tal-ftehim kollettiv il-ġdid kif ukoll il-leġislazjoni lokali.