B’investiment ta’ €300,000, se jinfetaħ spazju komunitarju ieħor din id-darba f’Għar Barka r-Rabat Malta.Dan il-proġett, li hu konformi mal-linji gwida għall-Persuni b’Diżabilità, ra wkoll it-tħawwil ta’ mija u sebgħin siġra u pjanta, fosthom dawk tal-Klin, taż-Żebbuġ u tal-Prinjol.
Ix-xogħolijiet ta’ tisbiħ ta’ dan il-ġnien jinkludi tlett livelli differenti li jintlaħqu b’turgien u rampi u mdawrin b’diversi sigar u pjanti. Ġie installat play equipment fil-livelli ta’ fuq u t’isfel għat-tfal t’etajiet differenti.
Fi żjara fuq il-lant tax-xogħol il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg semma l-importanzi taż-żieda ta’ spazji miftuħa madwar il-pajjoz fosthom tal-Park Nazzjonali ta’ Malta.
Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus semma kif dan huwa bandli tal-ogħla kwalità b’aktar inklużjoni u li se jkun qed jitgawda mit-tfal tal-lokalità