- Reklutaġġ għall-uffiċjali korrettivi fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi
Dan huwa l-ewwel reklutaġġ, mil-erba’ reklutaġġi li huma mistennija jinfetħu matul din is-sena fil-Korpi Dixxiplinati, li jfisser reklutaġġ fil-Faċilita’ Korrettiva Kordin, Pulizija, Forzi Armati u l-Protezzjoni Ċivili. Dan wara li matul din l-amministrazzjoni, madwar 1,000 persuna diġa ingħataw l-opportunita’ li jibdew karriera f’wieħed minn dawn il-Korpi Dixxiplinati f’pajjiżna bil-għan lis-servizz ipprovdut ikompli jara titjib.
Il-Ministru għall-Intern, Carmelo Abela, qal li dan ir- reklutaġġ huwa mmirrat li jkompli jsaħħaħ is-servizzi ipprovduti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kemm f’termini ta’ sigurta’ u korrezzjoni. Huwa jirrimarka r-rwol tant vitali li għandhom l-Uffiċjali Korrettivi fir-rijabilitazzjoni tar-residenti.
Il-pożizzjoni ta’ Uffiċjali Korrettiv tinkludi prinċipalment id-dmirijiet ta’ għassa fil-bini tal-ħabs u ta’ priġunieri kif ukoll li jagħmlu tfittxijiet fuq il-priġunieri, uffiċjali u viżitaturi. Dawn l-Uffiċjali Korrettivi huma wkoll mistennija li jagħmlu monitoraġġ u jigwidaw lill-priġunieri fl-oqsma relatati ma’ rijabilitazzjoni u mġieba.
Programm estensiv ta’ taħriġ ta’ induzzjoni adegwat għall-ħtiġijiet attwali fil-qasam tal-korrezzjoni, se jkun qed jitwettaq fl-Akkademja f’Ta’ Kandja.
Formoli tal-applikazzjoni jintlaqgħu mid-Direttur Servizzi Korrettivi, Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Triq Valletta, Raħal Ġdid PLA1707 sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Marzu 2017.
Aktar dettalji li dwar din is-sejħa għall-applikazzjonijiet jinstabu fuq is-sit elettroniku: