L-istazzjon tal-ferrovija ċentrali f’Pariġi, Gare Du Nord, reġà nfetaħ wara li lbieraħ filgħaxija ngħalaq għal xi ħin minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Il-post ġie evakwat u ż-żona kienet iċċirkondata minn uffiċjali tal-Pulizija armati. Dettalji dwar l-operazzjoni li saret f’waħda mill-iktar stazzjonijiet ta’ ferroviji ċentrali u bieżla fl-Ewropa ma ngħatawx għalkemm il-midja Franċiża rraportat li l-Pulizija qed ifittxu tliet suspettati.
Franza għadu fi stat t’emerġenza mill-attakki fil-kapitali Franċiża fl-elfejn u ħmistax, li segwew oħrajn is-sena li għaddiet u din is-sena wkoll. Apparti minn hekk is-sigurtà żdiedet fl-aħħar jum minħabba l-elezzjoni Presidenzjali l-Ħadd li għadda.