Il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima u l-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri inawguraw l-ewwel childcare tal-Istat f’Għawdex.
Dan jagħmel parti mill-kumpless uniku edukattiv, li hemm fil-gżira u jiġbor fih il-livelli kollha edukattivi sas-Sixth Form, flimkien ma’ faċilitajiet sportivi u r-rikreazzjoni.
Iċ-childcare centre, li jġib l-isem ‘Djamant’ u hu mmexxi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, għandu kapaċità jilqa’ 89 tifel u tifla fi tliet żoni ta’ attività.
Il-Ministru Grima spjega li dan hu parti mill-kontribut lejn edukazzjoni ħolistika u appoġġ imprezzabbli lill-familji favur bilanċ fil-ħajja.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Camilleri stqarr li l-ħidma konġunta bejn il-ministeri qed twassal biex f’Għawdex ikun hemm il-faċilitajiet u s-servizzi kollha kif hemm f’Malta.