Ilbieraħ 17 ta’ Settembru 2018 sar il-ftuħ tal-konsulat ta’ Malta f’Bethlehem.
Bħala konslu onorarju nħatar Elias Al Arja li ilu b’konnessjoni ma’ Malta mill-1996.
Huwa l-President tal-Lukandiera Palestinjani. Dan il-konsolat kien inawgurat mir-rapprezentant permanenti fil-Palestina Reuben Gauci u tbierek mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.
Magħhom ingħaqad ukoll Fr. Gerald Buhagiar li huwa r-rettur tas-Santwarju Ta’ Pinu kif ukoll Sr. Patricia Crockford li ilha fl-Art Imqaddsa għal dawn l-aħħar 40 sena.