F’Berlin infaqa’ għall-għarrieda akkwarju ċilindriku m’ogħla ħames sulari li kien jinsab fid-daħla ta’ lukanda ta’ ħames stilel f’Berlin.
L-akkwarju kien attrazzjoni turistika għax kien l-ikbar akwarju tat-tip tiegħu fid-dinja.
L-akwarju kien iżomm fih mal-miljun litru ilma b’1,500 ħuta jgħixu fih. Kien hemm aktar minn mitt speċi differenti.
Kawża ta’ dan l-inċident, glalen ta’ ilma għarrqu temporanjament id-daħla tal-lukanda sakemm ħareġ kollox fit-triq, inkluż il-ħut li kien fit-tank.
B’xorti tajba, żewġ persuni biss indarbu ħafif.
Ir-residenti li kienu jinsabu fil-lukanda instabitilhom akkomodazzjoni alternattiva.