F’waħda mill-knejjes fis-Sri Lanka li l-Ħadd li għadda kienet fil-mira ta’ attakk imdemmi, sar l-ewwel funeral għal madwar tletin vittma li nħasditilhom ħajjithom f’Jum l-Għid f’seba’ attakki fi ftit minuti.
In-numru ta’ vittmi li tilfu ħajjithom fl-attakki fi knejjes u lukandi tela’ għal tliet mija u wieħed u għoxrin, filwaqt li ħames mija oħra ndarbu.
Dawk li jsejħu lilhom infushom bħala Militanti tal-Istat Iżlamiku, refgħu r-responsabbiltà għal dan l-attakk.
Bħalissa erbgħin persuna qed jinżammu arrestati b’rabta ma’ dawn l-attakki kkordinati, u l-pajjiż jinsab fi stat t’emerġenza.