Minn tal-inqas tnax-il persuna indarbu u għad hemm xufier maqbud f’kabina, wara ħabta bejn żewġ ferroviji fl-Ingilterra.
Il-każ ġara llejla viċin Salisbury, kważi disgħin mil fl-Lbiċ ta’ Londra.
Fuq il-post hemm numru ta’ pulizija, paramediċi u anki membri tat-tifi tan-nar.
Fil-fatt jidher li hemm mal-ħamsin ħaddiem tas-salvataġġ u anki ħelikopter biex jassisti.
Ferroviji li kienu qed jaħdmu viċin fejn seħħ il-każ, waqfu l-operat tagħhom.
L-ewwel rapporti jindikaw li mit-tnax-il persuna li ndarbu, ħadd ma weġġa’ serjament.