Dsatax-il uffiċjal ndarbu waqt ir-rewwixti li saru l-Ħamis filgħaxija f’Belfast fl-Irlanda ta’ Fuq.
B’hekk it-total ta’ uffiċjali midruba tela għal 74 f’ġimgħa ta’ vjolenza.
Il-pulizija kienet kostretta li tuża l-kanuni tal-ilma biex tferrex lin-nies li ħadu sehem f’dawn ir-rewwixti sa mid-29 ta’ Marzu li għadda.