Raġel ta’ 47 sena mill-Pakistan li joqgħod Tas-Sliema weġġa gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ f’Ħaż-Żabbar.
Irriżulta li fil-10:45 tat-Tnejn filgħodu fi Triq Sant’ Antnin, il-vittma safa ferut wara li għal xi raġuni waqgħu xi briks fuqu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit.
Fuq il-post issejħet ambulanza lil ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal kura meħtieġa, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.