Żagħżugħ sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq mutur waqt li kien waqt lezzjoni ta’ taħriġ f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:30 ta’ waranofsinhar fi Vjal Pawlu Boffa meta għal xi raġuni il-ġuvni ta’ tnejn u għoxrin sena tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’ waqt li kien qed idur mar-roundabout.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn irriżulta li qed isofri minn ġrieħi gravi minħabba li ġarrab ksur f’saqajh.