Raġel ta’ 53 sena residenti l-Imsida ndarab b’mod gravi wara aċċident tat-traffiku, li seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ dalgħodu fi Triq L. Zamenhof, kantuniera ma’ Triq Xmiexi, fl-istess lokalità.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel intlaqat minn vann Ford Transit, li kien qed jinstaq minn żagħżugħ ta’ 24 sena wkoll residenti fl-Imsida.
Tim mediku mar immedjatament fuq il-post tal-aċċident biex jagħti l-Ewwel Għajnuna lir-raġel, li wara ttieħed l-Isptar Mater Dei, permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.