Ġermaniż ta’ 46 sena ndarab gravi, wara li ġie aggredit minn żewġt irġiel.
Huwa pprova jaħrab imma ż-żewġt irġiel komplew jaggredixxuh.
L-aggressuri serqulu l-basket u ħarbu minn fuq il-post.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fil-Ġnien tal-Gżira.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Pulizija u tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater għal aktar kura.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ u bit-tfittxija għall-aggressuri.