Bulgaru ta’ 45 sena ndarab gravi b’arma bil-ponta li ntużat minn żewġt irġiel f’San Pawl il-Baħar. Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-00:30 fi Triq Toni Bajada, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post, fejn sabu persuna mal-art fir-residenza tagħha. Immedjatament intalbet l-assistenza ta’ tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt irġiel li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa, fi Triq l-Erba’ Mwieżeb, weġġgħu lil vittma, li huwa raġel Bulgaru ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar, b’oġġett bil-ponta u wara ħarbu minn fuq il-post.
Iktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxijiet għall-aggressuri waqt li għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħha.