Raġel indarab gravi wara li waqgħet skip fuqu.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien għadu kemm iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fil-Magħtab, limiti tan-Naxxar.
Mill-ewwel stħarriġ li għamlet il-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li raġel Serb li għandu 42 sena, indarab wara li għal xi raġuni waqgħet skip fuqu. Jidher li qabel ma seħħ l-inċident, ir-raġel kien qed jipprova jniżżel l-istess skip minn fuq trakk sabiex din titbattal.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura meħtieġa fejn iktar tard, ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan l-inċident.