Anzjan indarab gravi waqt li kien qed jaħdem f’għalqa wara li waqa’ madwar sular għoli għal fuq il-ġebel f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-7:15 ta’ filgħodu fiż-żona magħrufa bħala Tal-Ħlas, f’Ħaż-Żebbuġ.Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 66 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ, sofra xi ġrieħi meta għ al xi raġuni tilef il-bilanċ waqt li kien qed jaħdem f’għalqa u waqa’ għoli ta’ madwar sular għal fuq il-ġebel.
Fuq il-post ġew jassistu l-memb ri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll issejħet ambu lanza sabiex ir-raġel jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għ adhom għaddejjin.